William Chetcuti rebaħ it-tieni Double Trap Selection Shoot tal-istaġun, avveniment li ġie organizzat fil-Malta National Shooting Ranges.
Nathan Lee Xuereb u Matthew Grech kienu ż-żewġ Atleti li ngħaqdu ma’ Chetcuti fuq il-podju.
L-Atleti sparaw lejn total ta’ 150 plattina.
Ir-riżultat ġenerali kien:
- CHETCUTI William 128/150
- XUEREB Nathan Lee 124/150
- GREC Mattew 123/150
- BUGEJA Michael 110/150
- XUEREB Johan 101/150
- MICALLEF Godwin 100/150
- BRIFFA Andrew 47/150
Il-Programm MSSF Double Trap ikompli nhar il-Ħadd 16 ta’ April 2023 bit-tielet Selection Shoot.
//= $special ?>