Ġurnalista ma’ stazzjon tat-televiżjoni u tifla ta’ disa snin inqatlu minn tiri viċin is-sit ta’ omiċidju li kien twettaq ftit tas-sigħat qabel. Il-każ seħħ f’subborg ta’ Orlando, fl-Istat ta’ Florida, u l-aggressur suspettat dwar l-omiċidju partikulari anki spiċċa jferi lil ġurnalista ieħor u l-omm tat-tifla qabel hu spiċċa arrestat.
Ir-rapporti qalu, wara, li l-aggressur ma riedx jikkoopera mal-pulizija u meta mhux ċar għalfejn hu iddeċieda li jiftaħ in-nar fuq il-ġurnalisti, it-tifla u ommha.
Sar magħruf li l-ġurnalisti mal-Istazzjon Spectrum News 3 kienu għaddejjin bir-rappurtaġġ fuq is-sit tar-reat f’Pine Hills meta l-aggressur irritorna fl-inħawi. Fl-istess ħin, mhux ċar jekk il-qattiel suspettat kellux ħsieb speċifiku li jattakka lill-membri tal-media, bl-aħħar rapporti jgħidu li d-dmija twettqet wara li l-aggressur, qabel, spiċċa joqtol mara żgħażugħa li kienet fil-karozza tagħha.
Wara l-attakk fuq il-ġurnalisti, l-aggressur suspettat – identifikat bħala Keith Moses ta’ 19-il sena – daħal bil-forza f’residenza fil-viċin u fejn allegatament spara għall-omm u t-tifla. L-omm spiċċat l-isptar f’kundizzjoni kritika u bil-Pulizija, fl-aħħar sigħat, ikomplu bl-investigazzjonijiet fl-inħawi ta’ Pine Hills.
//= $special ?>