Il-Ħamis ingħata bidu għall-kampjonat 4-a-side organizzat mill-Malta Darts Association.
Education Bar iddominaw għal kollox il-konfront kontra Floriana Ajax fejn rebħuhom bl-iskor ta’ 14-2 filwaqt li l-Ħamruniżi l-oħrajn Ħamrun Bayern A rebħu lil PO’s Bar 11-5.
It-tim B ta’ Ħamrun Bayern sofrew telfa ta’ 12-4 kontra Floriana X Clean.
Rebħa sorprendenti wkoll għal Senglea Conquest li għelbu lil Fgura Kenky 13-3 filwaqt li Birżebbuġa Lions għelbu lil Duke’s A 11-5.
L-aktar logħba missielta mill-ewwel ġurnata ta’ dan il-kampjonat kienet dik bejn Żebbuġ Rangers Darts u Top Gun A biż-Żebbuġin joħorġu rebbieħa 9-7.
