“Għaddew 12-il xahar mill-invażjoni Russa fl-Ukrajna…invażjoni li xxukjat lid-dinja kollha. L-Ukreni huma ta’ ammirazzjoni kbira hekk kif jibqgħu s-simbolu ta’ tama.”
Dan kien il-messaġġ tal-President George Vella f’għeluq l-anniversarju mill-bidu tal-Gwerra fl-Ukrajna.
Fi stqarrija l-President saħaq li Malta se tkompli tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-poplu Ukren…għajnuna li ngħatat f’diversi okkażjonjiet fl-aħħar sena.
Barra minn hekk huwa saħaq li l-invażjoni fl-Ukrajna hija ta’ theddida għall-pajjiżi kollha bin-Nazzjonijiet Uniti tinsab fiċ-ċentru ta’ din it-theddida. Huwa qal li għandna nibqgħu maqgħudin u nżommu n-normi tal-komunita internazzjonali intatti.
Il-President George Vella għamel appell sabiex tkompli l-ħidma sabiex inkun hemm tmiem għal din il-vjolenza.
Huwa qal li f’din il-gwerra l-poplu Ukren huwa ta’ ispirazzjoni kbira għaliex urew kuraġġ kbir u għadhom jiddefendu arthom sal-lum.
//= $special ?>