“Il-Qorti llum tat raġun lill-Oppożizzjoni li ilha mill-bidu nett tisħaq li l-kuntratti tal-isptarijiet tal-poplu huma korrotti.”
Fl-ewwel kummenti tiegħu wara li ħarġet is-sentenza mill-Qorti, il-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja lid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li meta kien Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni fetaħ din il-kawża u mexxiha biex illum kellna verdett li tana raġun.
Bernard Grech qal li, li ma kienx għall-Oppożizzjoni l-poplu kien se jibqa’ jinsteraq il-mijiet tal-miljuni. Sostna li issa l-Oppożizzjoni se tara li l-Gvern jobdi lill-Qorti u jagħti l-iSptarijiet lura għand il-Maltin u l-Għawdxin u fuq kollox li min abbuża, seraq u mela butu, jiffaċċja l-ġustizzja.
Il-Kap tal-PN żied jgħid li Robert Abela u sħabu mhux biss baqgħu jiddefendu lil min ta l-isptarijiet bi frodi talli baqa’ jiddefendi deal li sejħulu “the real deal”. B’Robert Abela flok iddefenda lill-poplu ddefenda lill-korotti u l-frodisti. fejn min ma jiġġielidx il-korruzzjoni, huwa korrott.
//= $special ?>