Lokali

IT-TNEJN LI ĠEJ QUDDIEM IL-PARLAMENT: Attività ta’ appoġġ għall-Membri Parlamentari tal-PN

Tul konferenza tal-aħbarjiet il-Kap tal-PN Bernard Grech ħabbar li t-Tnejn li ġej il-PN se jkompli jissielet din il-ġlieda biex fil-Parlament tkun diskussa din id-deċiżjoni.

“Inkomplu niddefenduk. Inkomplu naħdmu għalik fl-interess nazzjonali.”

Bernard Grech appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex it-Tnejn li ġej jinġabar quddiem il-Parlament biex jagħti appoġġ lill-Membri Parlamentari Nazzjonalista biex il-ġlieda għas-sewwa tissaħħaħ, biex din il-kawża tissokta u biex juri lill-Gvern li mhux aċċettabbli li jibqa’ jiddefendi lill-korrotti u lill-frodisti.