Lokali

KAŻ VITALS: Il-Gvern jirrispondi biss b’sentenza

Il-Gvern qed jgħid li se jħares l-interess nazzjonali meta kellu biżejjed ċans, xhur u snin biex iħares l-interess tal-familji Maltin u Għawdxin. Hekk ukoll qal li se jħares l-interessi tas-servizzi kollha li l-pazjenti jieħdu minn dawn l-isptarijiet meta b’sentenza fil-Qorti ħareġ fiċ-ċar illi l-obbligi u s-servizzi illi kellhom jingħataw mill-isptarijiet fdati mill-Gvern tal-Labour lill-Vitals Global Healthcare u Stewart Healthcare ma ġewx offruti bis-sħiħ tant illi l-isptarijiet ingħataw lura lill-poplu Malti.

Fi staqrrija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru jkompli jintqal illi l-Gvern Laburista se jassigura l-impjiegi tal-ħaddiema kollha meta kif qal ukoll l-Imħallef Francesco Depasqaule l-Gvern kellu jħares lejn dawn l-interessi kollha fil-mument illi Vitals trasferixxew il-konċessjoni tagħhom lil Steward Healthcare bil-Qorti tgħid illi hawnhekk il-Gvern kellu jinħall mill-kuntratt ladarba Vitals ma laħqux mal-obbligi stipulati.

Minkejja dan kollu l-ewwel reazzjoni mill-Uffiċju tal-Prim Ministru kienet illi jagħtu mertu lill-konċessjoni li ta Gvern Laburista lill-Vitals kif ukoll spjega li se jkun qed janalizza s-sentenza ta’ 140 faċċata.