F’sentenza ta’ 138 paġna l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha bħala Qorti Kostituzzjonali annullat l-validità tal-ftehim ta’ €60 miljun tal-Gvern biex jipprivatizza l-ftehim tal-2015 li wassal biex it-tliet sptarijiet lew ġew privatizzati u mgħoddija lill-investituri barranin jerġgħu jirritornaw lura lill-poplu.
L-Imħallef Francesco Depasquale li sema’ l-każ kollu qal li minkejja dan il-ksur kontinwu u lampanti l-Gvern baqa’ ma għamel xejn biex dan il-kuntratt jiġi onorat. Għaldaqstant ġie annullat il-ftehim ta’ privatizzazzjoni hemm imsejjaħ “frodulenti” mill-Qorti għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet.
Huwa qal li f’dan il-każ instemgħu 55 xhud li kienu jinkludu l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Ministru Konrad Mizzi, li ssemma diversi drabi fis-sentenza b’mod negattiva u l-Ministru tas-Saħħa eżisteni Chris Fearne. Fil-fatt il-Qorti qalet li Konrad Mizzi għalkemm minkejja li ma kienx Ministru tas-Saħħa, ikkonċeda lill-Vitals sal-2022 biex jagħmlu dak li kellhom jagħmlu sal-2018.
“Fatt ukoll importanti huwa wkoll li Mizzi għażel li ma jkomplix jixhed quddiem din il-Qorti wara li rriżenja u għalhekk ma tefa l-ebda dawl fuq din il-kwistjoni L-azzjonijiet tiegħu għamlu “. ebda sens loġiku” qal l-Imħallef. Fid-dawl ta’ dan kollu u ħafna aktar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa u Karen Grech għandhom jingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi.
L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien fetaħ proċeduri fil-Qorti biI-każ, li ilu għaddej mill-2018. Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia kien talab lill-Qrati biex il-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u Vitals Global Healthcare (VGH) – minn dakinhar sostitwit mill-kumpanija Amerikana Steward jiġi ddikjarat null u bla effett.
Ma’ tmiem is-sentenza Delia qal li din kienet “rebħa għal Malta’”. Ta’ min isemmi li l-isptarijiet ingħataw lil Vitals Global Healthcare, li ma kellha l-ebda esperjenza preċedenti fil-ġestjoni tal-isptarijiet. Il-Qorti qalet li dak li kien miftiehem ma ġiex onorat u x-xogħol li kellu jsir baqa’ ma sarx.
Il-Qorti nnutat ukoll il-fatt li l-eks Ministru Konrad Mizzi għamel affarijiet minn wara l-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne. Qal li l-iskola medika f’Għawdex infetħet erba’ snin wara u kien ammetta li fl-isptarijiet Karen Grech u San Luqa kien baqa’ ma’ sar xejn, kif wara kollox kien qal fix-xhieda tiegħu l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
L-Imħallef innota kif il-Gvern ħa 18-il xahar ieħor mill-iskadenza ta’ 36 xahar u baqa’ ma għamel xejn. Dan ifisser li ngħataw sal-aħħar tal-2022 biex jagħmlu dak li suppost kellhom jagħmlu, Iżda anke dakinhar, ma laħqux il-miri tagħhom. Tabilħaqq, jinnota kif uħud mill-proġetti għadhom ma tlestewx sal-lum, kompla jisħaq l-Imħallef.
Il-Qorti qalet li t-tragwardi tal-konċessjoni li kellhom jiġu sodisfatti, fil-fatt jirriżulta li l-ebda wieħed minn dawn l-istadji tat-tlestija ma ġie osservat jew miksub minn Vitals, illum Steward.” L-Imħallef Francesco Depasquale qal li tliet sptarijiet ġew trasferiti lill-Vitals fejn qed jingħad li dawn naqsu li jimxu ma’ da miftehim u dawn qed jgħidu li mhux minnu.
L-Imħallef qal ukoll ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni loġika għall-konċessjoni ta’ erba’ snin u nofs li ta’ Konrad Mizzi lil Vitals li tippermettilhom itemmu t-tragwardi tagħhom sal-2022 minflok fl-2018. Innota li Konrad Mizzi kien għażel li ma jixhedx wara r-riżenja tiegħu. Id-data tar-riżenja kienet fl-istess data li l-Ministru Chris Fearne kellu jiddibatti dan miegħu fil-parlament. Il-Ministru Fearne qal li l-milestones tat-tlestija fil-kuntratt oriġinali ma ntlaħqux,.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-qorti qalet li kienet tistenna li Steward jissottometti evidenza bla dubju li kien issodisfa l-obbligi tiegħu. Madankollu l-unika evidenza li Steward esebixxa kienet affidavit ta’ paġna minn inġinier, flimkien ma’ 56 paġna ta’ ritratti.
L-Imħallef ikkwota l-obbligi tal-kuntratti fosthom ir-rinovazzjoni tal-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech. Dan ifisser li jekk kien hemm ksur fil-kuntratti, kien hemm ksur fil-konċessjoni u l-Imħallef jisħaq li l-ebda obbligu ma ġie onorat. Anke meta Steward ingħatat ċans sal-aħħar tal-2022 biex tonora dawn l-obbligi, lanqas irnexxielha tagħmel dan u li m’hemm l-ebda raġuni valida għal din l-estensjoni. “Minflok iddefenda l-interessi tal-poplu Malti, il-Gvern aċċetta bidliet fil-ftehimiet,” sostna l-Imħallef.
Saret kamra tal-banju mix-xogħol dokumentat
L-imħallef qal li l-uniċi xogħlijiet dokumentati kienu dawk ta’ kamra tal-banju waħda. L-Imħallef qal li jinsab perpless bin-nuqqas ta’ provi mressqa mill-akkużati. Il-Qorti qed tgħid li qieset bir-reqqa d-dokumentazzjoni kollha li kellha quddiemha u mill-provi rriżulta li t-trasferiment ma sarx sew.
“Ma kien hemm l-ebda evidenza pprovduta li turi li xi waħda mis-swali tas-soddod ġodda imwiegħda taħt il-ftehim kienet fil-fatt ipprovduta. Filwaqt li jidher li saru xi xogħlijiet fl-isptar ta’ Għawdex, din il-Qorti m’għandha l-ebda prova li turi li tlestew,” qalet il-Qorrti.
Huwa nnota kif il-proġett għal ‘tourism beds’ fl-Isptar San Luqa suppost kien lest sa Diċembru 2018. Madankollu, l-Imħallef qal li “qatt ma ġie kkunsidrat, u wisq inqas beda”. Peress li Steward ma kienx ipprovda evidenza ta’ xogħlijiet, il-Qorti tifhem li dan it-tragward qatt mhu se jitlesta.
L-Imħallef Depasquale esprima “dubji serji dwar il-bona fede ta’ Steward meta akkwistaw l-isħma ta’ Vitals”, u meta obbliga lill-Gvern iħallas penali ta’ €100 miljun jekk il-kuntratt jiġi annullat fil-Qorti. Id-dubji u t-tħassib tal-Qorti jwassluha biex tikkunsidra l-argument ta’ ‘fraus omnia corrumpit’, qal l-Imħallef. Filwaqt li l-frażi ‘fraus omnia corrumpit’ kienet intużat biss fl-aħħar stadju tal-argumentazzjoni, huwa ċar li hija s-sinsla tal-argument kollu tal-attur Adrian Delia.
Element ta’ frodi
Il-Qorti tosserva li l-element ta’ frodi u ‘mala fide’ min-naħa ta’ Vitals u Steward seta’ seħħ fi tiiet stadji qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt, u meta Steward daħal fiż-żarbun ta’ Vitals. Rigward il-frodi qabel il-kuntratt: il-qorti qalet li għandha kalendarju dettaljat tal-fatti li wasslu għall-kuntratt. “Jidher li ħafna qabel ma l-Gvern ippubblika l-intenzjoni tiegħu li jipprivatizza t-tliet sptarijiet statali, l-investituri li sussegwentement saru Vitals daħlu f’memorandum ta’ ftehim mal-Gvern.”
Pivot Holdings twaqqfet proprju ġurnata qabel ma kien iddaħħal dan il-memorandum, nnota l-imħallef. Il-ftehim kien li l-ebda offerta oħra ma tiġi aċċettata. Fiż-żmien li l-Gvern kien wiegħed li jwettaq id-‘due diligence’ kollha fuq il-partijiet, il-memorandum of understanding kien diġà daħal fih qal l-Imħallef. L-ebda avviż pubbliku ma sar dak iż-żmien.
Il-Qorti qalet li Konrad Mizzi kien qal li l-Gvern irrifjuta l-proposta, filwaqt li żied iżda li ħareġ li Mizzi indirettament avża li l-Malta Enterprise kienet identifikat post f’Għawdex “kumbinazzjoni tal-istess daqs ta’ dak tal-isptar”. Adrian Said, President Eżekuttiv ta’ Projects Malta kien insista fix-xhieda tiegħu li meta beda fl-2014 kien sab it-talba għall-proposti (RFP) “lesta u ppreparata”, tenna l-imħallef. Kull min involut fil-proċess għandu tliet ġimgħat biex jifhem il-portata tal-offerti tiegħu.
L-Imħallef innota kif $600,000 kellhom jiġu pprovduti bħala “spejjeż ta ‘qabel il-proġett”, jiġifieri l-offerenti kienu diġà għamlu investiment sostanzjali. Mizzi kien ċaħad din it-talba. L-imħallef qal li l-istudji fil-fond iridu jkunu saru qabel ma nħarġet l-RFP. Iżid jgħid li ma kellu ebda dubju li l-VGH kienet rabtet lill-gvern biex jagħtihom id-dettalji kollha tal-ħtiġijiet tagħhom għall-bini tal-isptarijiet.
Il-Vitals ħadet vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha
Qal li Vitals kienet abbużat mill-pożizzjoni tagħha u ħadet vantaġġ mill-Gvern, li kien diġà politikament marbut li jwassal l-isptarijiet li wiegħed qabel l-elezzjoni. Depasquale ikkritika bil-qawwa kollha il-kontrolli “dilettanteski” tal-Gvern qabel ma jiffirma l-kuntratt. Ma kien hemm assolutament l-ebda talba għal due dilligence bil-qorti tgħid li ma kien hemm l-ebda intenzjoni li fil-fatt jiġu evalwati l-proposti.
Qal ukoll li bejn il-memorandum u l-għoti tal-konċessjoni, Vitals kellha tiżvela dan il-kunflitt, li kien jagħmilha ineliġibbli. “Il-fatt li Vitals żamm il-MoU moħbi kien evidenza tal-intenzjoni frawdolenti tiegħu. Il-Qorti qalet li ma kjinitx qed taqbel ma’ dan li qalu l-Avukati ta’ Steward u l-Avukat ta’ l-Istat li d-deputat Adrian Delia li ma kellux jidħol f’din il-kawża.
Anzi kellu dmir li jagħmel evalwazzjoni tal-ftehim u li jirriżulta li ġie argumentat li, peress li d-data tat-tlestija qatt ma kienet intlaħqet minħabba nuqqasijiet minn Vitals, it-trasferiment tal-konċessjoni lil Stewards huwa null. Dwar it-trasferiment minn Vitals għal Steward, dan kien seħħ inqas minn tliet snin mill-kuntratt inizjali.
Il-Qorti qalet li mkien ma hemm evidenza tal-kunsens espress tal-Gvern għal dan it-trasferiment. Aktar minn hekk, imkien fil-Liġijiet ta’ Malta din l-azzjoni mhi suġġetta għal preskrizzjoni, jiġifieri li tista’ tiġi kkontestata fi kwalunkwe ħin. L-Imħallef qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu kull dritt li jitlob it-tħassir tal-kuntratt, “xi ħaġa li l-partijiet l-oħra kollha kienu qed jgħidu li m’għandux”.
Il-Qorti qalet ukoll li d-dmir tal-Kap tal-Oppożizzjoni hu li jaqbeż għad-drittijiet tal-elettorat. Il-ksur tal-kuntratt jista’ jagħti lok għal talba ta’ reċessjoni tal-kuntratt fi kwalunkwe ħin, mhux biss meta jiġi ffirmat il-kuntratt. Delia kellu dritt u dmir li jressaq dan ir-rikors, qalet il-qorti.
Dwar dak li ngħad li Delia m’għandux interess ġuridiku fil-każ, l-Imħallef qal li il-Qorti tosserva li l-liġi tipprovdi għall-possibbiltà li persuna li mhix parti fil-kuntratt tikkontesta l-kuntratt. Il-liġi tippermetti li MP jitlob ir-reċissjoni ta’ kuntratt li jinvolvi proprjetà tal-gvern, u għalhekk pubblika.
L-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ippreżenta l-kawża fil-qorti fl-2018 biex iħassar il-ftehim ta’ konċessjoni enfitewtika ta’ 99 sena mogħti lil Vitals Global Healthcare. L-imħallef qal li Vitals, bi Bluestone bħala azzjonist, kienet naqset mill-obbligi kollha tagħha u ma ssodisfat l-ebda wieħed mill-obbligi tagħhom.
Il-medical tourism kien mise-en-scene użata biex tikkonvinċi lill-Gvern biex jagħti l-konċessjoni enfitewtika fuq l-artijiet. Ma kien hemm ebda tentattiv minn Vitals biex timplimenta l-ftehim. L-imħallef qal li Vitals, bi Bluestone bħala azzjonist, kienet naqset mill-obbligi kollha tagħha u ma ssodisfat l-ebda wieħed mill-obbligi tagħhom.
Dwar Steward Healthcare, il-Qorti qalet li ma kellhiex dubju li, dak iż-żmien, Steward kien “konxju sew” tal-obbligi tal-VGH, li ma ġewx onorati. Steward imbarkaw fuq sensiela interminabbli ta’ negozjati mal-Gvern, li spiċċaw bix ħadu selfu għal erba’ darbiet mill-BOV.
Dan għaliex ukoll lanqas biss seta’ jsir trasferiment minn Vitals għal ma’ Steward, b’dan ta’ l-ewwel kien naqas milli jaderixxi mal-obbligi stabbiliti fil-kuntratt. Steward akkwista l-konċessjoni ta’ 30 sena biex imexxi t-tliet sptarijiet statali f’Diċembru 2017 mingħand Vitals Global Healthcare, konsorzju mhux magħruf ta’ intraprendituri mediċi li ta l-konċessjoni fl-2015. Iżda VGH ġabar miljuni f’dejn mingħajr xejn x’juri għalih. , eventwalment nnegozjaw ‘buy-out caluse’ ta’ madwar €15-il miljun mingħand Steward.
Il-każ ġie ppreżentat minn Delia meta kien Kap tal-Oppożizzjoni kontra l-Prim Ministru, VGH, l-Avukat Ġenerali, is-CEO tal-Malta Industrial Parks, u ċ-ċermen tal-bord tal-gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet. Steward Healthcare ħa post il-VGH wara li din tal-aħħar naqset mill-kuntratt tagħha, u ħadet f’idejha t-tmexxija tal-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u Għawdex fl-2017.
Għad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qed jidher l-Avukat Edward Debono, għall-Gvern qegħdin jidhru l-Avukat tal-Istat Christopher Soler u l-avukat Andrew Cauchi, għal INDIS dehret l-Avukat Eliana Scicluna waqt li għal Steward deher l-Avukat Joseph Camilleri.
//= $special ?>