Internazzjonali

L-Istati Uniti: Aktar sanzjonijiet għar-Russi konnessi mal-gwerra

L-Istati Uniti fakkret l-anniversarju tal-Gwerra fl-Ukrajna bil-konferma ta’ sanzjonijiet ġodda intiżi biex itellfu l-kapaċitajiet tar-Russja biex ikomplu bil-gwerra fl-artijiet Ukreni.

Il-miżuri jinkludu kontrolli u t-tariffi fuq l-esportazzjoni flimkien ma’ pakkett ta’ għajnuna militari, ekwivalenti għal żewġ biljuni Sterlina, biex jgħin lill-Ukreni jħejju għall-attakki tar-Russja, matul ir-rebbiegħa.

Dan waqt li l-pajjiżi tal-G7, fosthom l-Istati Uniti, qed jippjanaw biex jimponu sanzjonijiet għal xi 200 individwi, entitajiet u istituzzjonijiet finanzjarji tar-Russja.