Maurizio Costanzo, il-ġurnalista, awtur u personalità tat-televiżjoni li kiseb fama anki ‘il hinn mill-Italja miet fl-età ta’ 84 sena.
Mewtu kienet irrappurtata ftit tal-ħin ilu, b’dan il-personalità se jibqa’ imfakkar għall-programm ‘The Maurizio Costanzo Show’ li dam is-snin jixxandar fuq in-network tal-Mediaset tal-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi,
Il-programm kiseb suċċess enormi fl-Italja u li fih, Costanzo kien jikkummenta u janalizza l-aktar suġġetti u sitwazzjonijiet (inklużi politiċi) delikati u ta’ interess għall-poplu.
Costanzo kien anki screenwriter għall-produzzjonijiet tat-televiżjoni u oħrajn ċinematografiċi waqt li — bħala ġurnalista — kien jidħol fil-fond ħafna ta’ temi kontroversjali, tant li kampanja partikulari li mexxa kontra l-Mafja kienet kważi swietlu ħajtu, fl-1993, meta spiċċa mira għal bomba tal-Costa Nostra.
Intant, Maurizio Costanzo mhux talli żgiċċa mill-kumplott fuq ħajtu iżda anki kompla għal snin bil-kampanja determinata u intensiva tiegħu kontra l-kriminalità organizzata.