Internazzjonali

L-Ukrajna: Tirċievi t-tankijiet ‘Leopard’ mingħand il-Polonja

Il-Polonja bagħtet erba’ tankijiet tal-gwerra tat-tip Leopard 2 lill-Ukrajna u meta aktar pajjiżi tal-Punent – fosthom il-Ġermanja u Spanja — mistennija jagħmlu l-istess matul il-ġimgħat li ġejjin.

Intant, il-Polonja għandha wkoll tkompli tibgħat it-tankijiet lill-Ukreni, bil-Prim Ministru Pollakk, Mateusz Morawiecki –wara laqgħa mal-President Zelensky fi Kiev — isostni li ‘pajjiżu u l-Polonja huma l-ispalla tal-Ukrajna f’din il-kriżi għall-Ewropa’.

Morawiecki qed iżur Kiev bħala ġest ta’ solidarjetà mal-Ukreni waqt l-anniversarju tal-invażjoni tar-Russi.