Lokali Qorti

Minuri jammetti li kkaġuna ġrieħi gravi fuq tnejn oħra fil-Karnival

Żagħżugh ta’ 17-il sena minn Ħaż-Żebbuġ, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġie mixli quddiem il-Maġistrat Monica Vella li fit-18 ta’ Frar li għadda għall-ħabta tal-10.00 pm. ammetta li kkaġuna feriti gravi fuq żewġ minuri oħra fil-Belt Valletta wara li kien involut fi ġlieda.

Iż-żagħżugħ li ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb ħati li kien involut fi ġlieda u li kiser il-bon ordni u l-paċi pubblika. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-ġlieda seħħet is-Sibt, 18 ta’ Frar waqt il-Karnival meta grupp ta’ żgħażagħ bdew jiġġieldu l-Belt u meta marru l-Pulizija sabu li l-aggressuri kienu ħarbu minn fuq il-post.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li l-aggressur ġie identifikat. Wara li wieġeb li hu ħati, id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest u li jsir rapport qabel tingħata s-sentenza. Il-Qorti laqgħet it-talba fuq garanzija personali ta’ €1,000. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għaż-żagħżugħ.