Lokali Qorti

Multa ta’ aktar minn €14,000 għax ma iddikjarax €26,000

Russu ta’ 58 sena ġie mmultat €14,000 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Monica Vella li meta kien fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ma iddikjarax li qed iġorr €26,000. Vasily Zhebriakov wieġeb ħati li fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ma iddikjarax li qed iġorr flus aktar milli permessibbli u mingħajr lanqas ma ddikjarahom.

Wara li l-Qorti staqsiet jekk kienx qed jikkonferma l-ħtija tiegħu, hu kkonfermaha permess tal-Avukat tiegħu Karl Grech. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri.