Lokali Saħħa

“Rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi kollu” – Roberta Metsola

“Id-deċiżjoni tal-Qorti fil-kawża li fetaħ Adrian Delia kontra l-Gvern hi rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi kollu u li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies”. Hekk qalet Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew permezz ta’ post fuq Facebook fejn saħqet li l-isptarijiet Maltin qatt ma kellhom jinbiegħu.

Roberta Metsola qalet li d-deċiżjoni turi li l-kuntratti la kienu fl-interess tal-ħaddiema tas-saħħa u lanqas tal-pazjenti.

“Mill-bidu nett, il-messaġġ lill-Gvern kien ċar: tbiegħx l-isptarijiet. Impenjati li nibqgħu naġixxu fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha”.

https://www.facebook.com/roberta.metsola/posts/788485915979410