Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li s-sena li għaddiet kienet sena kkaratterizzata minn uġigħ, niket, firda u għaqda… iżda jinsab ottimist li din is-sena li ninsabu fiha se tkun is-sena li se twassal għar-rebħa tal-Ukrajna.
Fl-ewwel anniverarsju mill-bidu tal-gwerra, Zelenskyy kiteb li l-Ukreni urew li huma invinċibbli.
F’messaġġ irrekordjat, il-President Ukren qal li sena ilu għall-ħabta tas-7am, kien indirizza lin-nazzjon fejn f’messaġġ ta’ ftit sekondi, kien qal li kienu lesti sabiex jiddefendu lil pajjiżhom… F’dik li huwa ddeskriva bħala l-itwal u l-iktar ġurnata diffiċli ta’ ħajtu u tal-poplu Ukren.
Zelenskyy qal li dakinhar kulħadd kien qam kmieni… u sal-lum… ħadd għadu ma raqad.
Intant Zelenskyy attenda għal kommemorazzjoni li tagħat ġieh lis-suldati Ukreni kif ukoll fakkret il-memorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom f’din il-gwerra.
//= $special ?>