Futbol Sport

Sergio Ramos jirtira mit-tim nazzjonali Spanjol

Id-difensur ta’ PSG Sergio Ramos ħabbar li se jirtira mit-tim nazzjonali Spanjol wara karriera glojuża mal-La Furia Roja ta’ aktar minn 15-il sena.

Ramos għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fl-2005 u lagħab għal aktar minn 180 darba mit-tim nazzjonali Spanjol. Huwa ilu mill-2021 ma jkun parti mit-tim Spanjol wara li hu ma ssejaħx mal-iskwadra mill-kowċ Luis Enrique.

Ramos kien parti integrali mis-suċċess tat-tim nazzjonali Spanjol bejn l-2008 u l-2012 fejn rebħu darbtejn il-kompetizzjoni tal-EURO kif ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-2010.

Fil-messaġġ tiegħu fuq il-media soċjali Ramos stqarr li ħass li l-karriera mat-tim Spanjol kellha tintemm b’mod aktar dinjituż wara li dan ma ssejaħx aktar mal-iskwadra mingħajr raġuni.