Futbol Sport

F.A. Trophy: Birkirkara jtemmu l-ħolma ta’ double ta’ Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

BIRKIRKARA…………….1

ĦAMRUN S………………0

Birkirkara: G. Nava, O. Iorio, D. Pires, Y. Yankam, P. Mbong (J. Valletta 82’), K. Zammit, M. Fedele (K. Tulimieri 88’), C. Attard, E. Cabrera (A. Ciolacu 82’), S. Zibo, D. Ribeiro

Ħamrun S: H. Bonello, B. Ederson (J. Mbong 63’), S. Borg, M. Guillaumier, E. Mashike, R. Prsa (L. Montebello 76’), O. Bjelicic, J. Corbalan, J. Robert (K. Holmberg 76’), E. Marcelina, R. Camenzuli

Imwissija: E. Cabrera 17’, O. Iorio 41’, G. Nava 84’ (B), O. Bjelicic 64’, R. Camenzuli 86’ (Ħ)

Skorjaw: E. Cabrera 17’ (B)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Roberto Vella u Duncan Spencer

B’gowl fis-17-il minuta mis-solitu Cabrera, Birkirkara temmew il-ħolma ta’ double għal Ħamrun u għamluha għas-semi finali tal-F.A. Trophy. Minkejja li Ħamrun huwa kważi champions dan l-istaġun, bla dubju li dan huwa diżappunt kbir hekk kif l-aspettattivi ta dan it-tim kienu li jirbaħ l-unuri kolha li jofri l-futbol Malti.

L-ewwel xutt lejn il-lasti wasal minn Birkirkara fis-16-il minuta meta wara azzjoni personali Diego Pires prova xutt mid-distanza b’Henry Bonello jilqa’ b’diffikultà.

Minuta biss wara Birkirkara marru minn fuq meta kienet ħarba tajba mal-linja minn Paul Mbong li minkejja li kien issikkat minn Emerson Marcelina irnexxielu jitfa’ kross fil-baxx lejn Enzo Cabrera li b’xutt mill-ewwel u b’saħħtu ma ta l-ebda ċans lil Henry Bonello.

Fis-27 minuta Ħamrun fuq l-attakk b’Mashike jirċievi ballun minn fuq id-difiża Karkariża iżda minn qagħda angolata tefa’ barra.

Ħamrun baqgħu jinsistu u fis-36 minuta minn korner ta’ Ederson kien Emerson Marcelina li għola tajjeb bir-ras iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet fuq il-lasta ta’ Nava.

Sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima Birkirkara fallew ċans tad-deheb meta Cabrera għadda ballun bir-ras lejn Paul Mbong li sab ruħu quddiem Henry Bonello iżda minn taħt il-lasta inkredibilment l-internazzjonali Malti tefa’ barra.

Birkirkara ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u wara biss żewġ minuti korner ta’ Ribeiro li wasal għand Iorio bix-xutt ta’ dan tal-aħħar jgħaddi mħakkek mal-lasta.

Fit-62 minuta Ħamrun fuq l-offensiva fejn Prsa fetaħ lejn Corbolan, b’dan tal-aħħar jidħol fil-kaxxa u jipprova xutt bix-xellug iżda Nava ma sab l-ebda diffikultà u laqa’ tajjeb.

Ħamrun fl-aħħar kwarta tefgħu kollox fuq l-attakk fejn kienu qed jilagħbu bi prattikament erba’ attakkanti iżda l-Karkariżi rnexxielhom iżommu dan il-vantaġġ u kienu huma li avvanzaw għas-semi finali tal-IZIBET F.A. Trophy.