GŻIRA U………………..1 (5)
GUDJA U………………1 (4)
Gżira U: D. Zarkov, M. Cosic, G. Bohrer, Z. Scerri (N. Muscat 63’), L. Tabone, M. Dias (A. Borg 106′), L. Riascos (J. Ewertton 63’), S. Pisani (B. Borg 69’), T. Kolega, J. De Assis, M. Maia
Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, T, Nagamatsu (F. Zuniga 88’), V. Plut (K. Irisio 99′), J. Athur, K. Micallef, H. Vella, N. Tabone (N. Micallef 77’), M. Muchardi, N. Navarrete (S. Attard 90+2’)
Imwissija: Z. Scerri 45+2’, L. Riascos 55’, M. Maia 83’, J. De Assis 97’ (Gż), A. Prates 49’, G. Zammit 75’, K. Micallef 90’, N. Micallef 96’ (Gu)
Skorjaw: V. Plut 29’ (G), N. Muscat 90+4’ (G) – PEN – Gabriel Bohrer, Marko Cosic, Jefferson De Assis, Nikolai Muscat (Gż), Andre Prates, Mathias Muchardi, K. Irisio (Gu)
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Luke Portelli u James Muscat
Gżira United saru l-ewwel tim li għamilha għas-semi finali tal-IZIBET F.A. Trophy meta għelbu lil Gudja United wara l-għoti tal-penalties.
Kienu Gudja United li marru minn fuq ftit qabel in-nofs siegħa logħob permezz ta’ Vito Plut li rċieva mingħand Mathias Muchardi u mattar saqajh biex għeleb lil Zarkov.
Gudja baqgħu jżommu l-vantaġġ tul kważi l-partita kollha iżda sfortunatament għalihom is-sostitut ta’ Gżira Nikolai Muscat skorja ġmiel ta’ gowl erba’ minuti fuq il-ħin regolamentari biex b’hekk sforza l-ħin barrani.
L-iskor fil-ħin barrani baqa’ ma nbidilx u għalhekk l-ewwel kwarti tal-finali tal-F.A. Trophy kellha tmur għall-għoti tal-penalties.
Fil-penalties għal Gżira skorjaw Gabriel Bohrer, Marko Cosic, Jefferson De Assis u Nikolai Muscat filwaqt li falla Maxuell Maia. Min-naħa l-oħra għal Gudja skorjaw Andre Prates, Mathias Muchardi u Kolf Irisio. Fallew il-penalties James Arthur u l-captain Hubert Vella.
