Skomdi għall-aħħar tant li l-membri tal-midja ma ġewx mistiedna għal avveniment uffiċjali tal-Gvern.
Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija, bħal ma huwa prassi li jsir, il-kmamar kollha tal-aħbarijiet irċevew e-mail li għal-lum is-Sibt, 25 ta’ Frar ma kien hemm ebda attività tal-Gvern, ċioè ebda konferenza Ministerjali – u l-ebda avviż ieħor ma ħareġ wara.
Iżda jidher li din kienet gidba – tant u hekk li illum il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima kellhom attività Ministerjali f’Ħal Luqa fejn ġie iffirmat ftehim.
Avveniment irrapportat ukoll mid-Dipartiment tal-Uffiċċju Informazzjoni – iżda l-midja ma kinitx mistiedna.
Li kieku Net News kien mistieden ċertament li kien jistaqsi diversi domandi liż-żewġ Ministri fost oħrajn kif il-poplu Malti u Għawdxi se jieħu flusu lura – flejjes li nsterqu id-deal ta’ Vitals u Steward. Kif ukoll, għalfejn ma għamlu xejn meta kienu jafu b’dak kollu li qed jiġri bħala membri tal-Gvern.
Iżda jidher li l-Ministri għażlu li jevitaw lill-ġurnalisti, u b’hekk jaħarbu milli jwieġbu d-domandi li l-poplu għandu dritt li jkollu tweġiba mingħand min eleġġa huwa stess sa ftit inqas minn sena ilu.
//= $special ?>