Frankie Bugeja, ta’ 39 sena, wieġeb mhux ħati li seraq saqqijiet, lożor u oġġetti oħra, u li għamel ħsara lill-propjetà ta’ ħaddieħor. Filwaqt li kiser sentenza tal-qorti.
L-avukata tal-għajnuna legali talbet il-ħelsien mill-arrest u qalet li ġimgħatejn oħra, Bugeja se jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Fil-Qorti ntqal ukoll, li hu ilu jiġi segwit minn uffiċjal tal-probation.
Il-Prosekuzzjoni, minn naħa tagħha qalet, li għad hemm xhieda pajżana x’jinstemgħu u għalhekk oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat Monica Vella, tat il-ħelsien mill-arrest lill-imputat. Bil-patt u l-kundizzjoni li jibda u jispiċċa programm tar-rijabilitazzjoni mid-droga, li ma jsiefirx, ma jkellimx lix-xhieda u li jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa.
Il-Maġistrat Vella wissietu li jekk ma jiggradwax mill-programm se jiġi arrestat u miżmum il-ħabs.
//= $special ?>