Stewart Said
OTTERS NIVEA………………. 9
EXILES WELBEE’S……….. 14
(1-3), (1-5), (4-4), (3-2)
Exiles Welbee’s ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Otters Nivea 14-9. Konfront li fih Exiles aċċertaw mit-tliet punti sat-tieni sessjoni iżda Otters irnexxielhom tal-anqas jagħmlu l-iskor rispettabbli sat-tmiem.
Wara l-gowl inizjali ta’ Andrea Bianchi, Exiles fetħu vantaġġ komdu ta’ 6-1 sa nofs it-tieni sessjoni. Dan il-vantaġġ kiber għal 10-2 fl-ewwel ħinijiet tat-tielet sessjoni, b’Otters inaqqsu d-distakk għal 12-6. Id-distakk niżel għal erba’ gowls fl-aħħar sessjoni sakemm Niall Saliba ssiġilla r-rebħa fl-aħħar azzjoni.
Otters: M. Xerri, D. Dimech, K. Scicluna, K. Micallef, M. Meli (1), A. Bianchi (3), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (2), K. Saliba, M. Farrugia (3), A. Dimech, G. Gatt Ellis
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, M. Martellacci (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti (4), M. Paris Roding, D. Fenech, M. Aquilina (4), N. Saliba (3), F. Buhagiar, N. Burlin
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
NEPTUNES VIDEOSLOTS..... 15
MARSAXLOKK BROWN’S.... 10
(5-0), (5-2), (1-3), (4-5)
Rebħa partikolari għal Neptunes Videoslots. Mingħajr elementi bħal Alan Borg Cole, Gabriel Pace u Jordan Camilleri minbarra s-soliti Stevie Camilleri u Jake Muscat, it-tim ta’ Neptunes kien miżgħud żgħażagħ. L-avversarji tagħhom huma wkoll żgħażagħ proprjeta tal-klabb, bl-eċċezzjoni jkun il-veteran Niki Lanzon li rritorna għal-logħob u skorja erba’ gowls.
Il-logħba mill-ewwel kellha direzzjoni ta’ rebħa għal Neptunes, b’Alec Fenech jiskorja tripletta tlieta mill-ħames gowls fl-ewwel sessjoni. Neptunes aċċertaw mir-rebħa fit-tieni sessjoni hekk kif kabbru l-vantaġġ għal 10-2. Bl-aqwa elementi ta’ Neptunes fil-ġurnata jistrieħu ftit, fit-tieni parti tal-logħba Marsaxlokk sabu l-mument biex inaqqsu d-distakk u jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli.
Neptunes: M. Farrugia, D. Bugeja (1), S. Gialanze (3), G. Schembri, L. Mallia, M. Zammit (1), M. Castillo (1), B. Lewis, R. Galea (2), J. Bajada (2), A. Fenech (3), E. Mallia (1), S. Bonetti, A. Fava (1), Z. Schranz
Marsaxlokk: S. Mifsud, M. Lanzon, B. Zammit, M. Aquilina, E. Bonnici (2), J. Valletta (3), J. Pawley, R. Scerri, G. Gatt (1), N. Lanzon (4), M. Brimmer, A. Aquilina
Referees: Alex de Raffaele, Ronnie Spiteri
TA’ XBIEX AMIGOS………..…… 10
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 14
(3-3), (1-4), (2-3), (4-4)
It-tieni rebħa għal Birżebbuġa Freeport fi Grupp B din id-darba kontra Ta’ Xbiex Amigos. Rebħa meritata għat-tim ta’ Pierre Borg iżda Ta’ Xbiex ma ċedewx l-armi kmieni għalkemm qatt ma kienu fil-vantaġġ għajr mument żgħir.
Birżebbuġa nqatgħu ftit minn mal-avversarji fit-tieni sessjoni b’vantaġġ ta’ 7-4, bil-vantaġġ kompla jikber għal 10-5 lejn l-aħħar mumenti tat-tielet sessjoni. Ta’ Xbiex pruvaw jidħlu fil-logħba u qatgħu d-distakk biss għal żewġ gowls iżda Birżebbuġa rnexxielhom iżommu vantaġġ komdu sat-tmiem.
Ta’ Xbiex: M. Sladden, M. Bonnici, M. Manara (2), L. Grech Carr, L. Falzon (1), L. Montebello Brownrigg, J. Saliba (2), J. Farrugia (1), R. Mock(2), J. Culic (2), Z. Bartolo, M. Curmi, I. Schembri, J. Portelli
Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (4), N. Cassar (1), B. Grech (2), K. Grech, N. Fenech, R. Spiteri, D. Cutajar (2), D. Farrugia, K. Tanti (1), G. Mannino(2), W. Mizzi, C.D. Borg, M. Ortoleva (2), S. Bezzina
Referees: Richard Magri, Neville Mercieca
//= $special ?>