Is-Sibt filgħaxija nħolqot kommossjoni sħiħa fi Triq San Pawl Milqi f’Burmarrad madanakollu fortunatament ħadd ma weġġa’ u ma kienx hemm konsegwenzi gravi.
Jidher li ftit wara s-sitta ta’ filgħaxija daħal rapport għand il-Pulizija li sfronda saqaf ta’ residenza b’pumpiera, pulizija u ambulanzi jiġu msejħa fil-post.
Madanakollu jidher li waqa’ biss tikħil ta’ saqaf li sussegwentament sfronda suffett u waqa’ fuq toilet.
Kelliema għal Pulizija kkonfermaw ma’ Net News li mit-traġedja maħsuba li kienet, fortunatament ma kien xejn minn dan.
//= $special ?>