Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja s-sejħa tat-trejdunions u assoċjazzjonijiet ewlenin tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, li jkunu żgurati relazzjonijiet industrijali armonjużi u b’saħħithom, kif ukoll biex tkun assigurata stabbiltà fir-relazzjonijiet industrijali.
Fi stqarrija l-Kelliem għax-Xogħol, Ivan Castillo saħaq li d-drittijiet tat-trejdunions li għandhom rikonoxximent li joperaw kollettivament u trejdunions minoritarji li m’għandhomx rikonoxximent għandhom ikunu rispettati biex jirrappreżentaw lill-membri tagħhom anke individwalment.
Il-Partit Nazzjonalista jemmen li kull ħaddiem u min iħaddem għandu d-dritt kostituzzjonali li jassoċja ruħu liberament ma’ min jagħżel hu mingħajr theddida jew konsegwenza.
Għaldaqstant, itenni t-twemmin tiegħu li dawn il-prinċipji huma l-bażi biex ikunu pprattikati relazzjonijiet industrijali b’saħħithom.
//= $special ?>