Xena rari quddiem għajnejn in-nies ta’ Kalifornja.
Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħodu, San Francisco kiser rekord ta’ 132 sena b’temperatura baxxa li niżlet għal 4 gradi celcius.
Għexieren ta’ miljuni ta’ residenti fil-Golden State jinsabu taħt twissijiet ta’ maltempati bil-borra, riħ u għargħar.
Il-maltempati farrku kważi miljun proprjetà minn kosta għal kosta.
Dan filwaqt li f’Los Angeles – belt famuża għas-siġar tal-palm u xemx tiżreġ – tinsab taħt l-ewwel twissija ta’ maltempata bil-borra f’aktar minn tliet deċennji.
In-nies fil-belt stagħġbu bid-dehera mhux komuni ta’ borra madwar is-sinjal leġġendarju ta’ Hollywood fuq Mount Lee.
Iżda f’żoni oħra f’Los Angeles, karozzi spiċċaw maqbuda f’għarar, b’uffiċjali jwissu dwar maltempati mifruxa fil-lokalitajiet fil qrib.
//= $special ?>