Futbol Sport

Man City jaffrontaw lil Bournemouth filwaqt li jittamaw f’żelqa minn Arsenal kontra Leicester

(Ritratt: EPA)

Għada l-finali tal-League Cup

Fil-Premiership tkompli t-taqtiegħa bejn Manchester City u Arsenal fl-ewwel postitjiet tal-klassifika.

Manchester City wara d-draw fil-Ġermanja kontra Leipzig fiċ-Champions League ikunu barra minn darhom kontra Bournemouth, filwaqt li Arsenal wara r-rebħa drammatika kontra Aston Villa l-ġimgħa l-oħra jippruvaw ikomplu jirkupraw meta jkunu fil-King Power Stadium ta’ Leicester.

Għada wkoll derby importanti ta’ Londra bejn Tottenham Hotspur u Chelsea fejn il-Blues jinsabu f’xifer ta’ kriżi wara t telfa fi Stamford Bridge kontra Southampton fl-aħħar ħarġa tagħhom.

Southampton wara dik ir-rebħa jippruvaw ikomplu jirkupraw punti prezzjużi u llejla jkunu f’konfront dirett kontra tim ieħor f’periklu tar-relegation Leeds United. F’Elland Road Leeds ma jistgħux ifallu u jridu bilfors ir-rebħa minn dan il konfront.

Konfronti oħra diretti miż-żona l-ħamra huma dawk bejn Everton u Aston Villa u bejn West Ham u Nottingham Forest.

Intant ilbieraħ kellna l-ewwel logħba minn dan il-programm fejn fi Craven Cottage draw ta’ 1-1 bejn Fulham u Wolves.

Kienu Wolves li daħlu jistriħeu gowl vantaġġ, gowl skorjat minn Sarabia wara 23 minuta.

Fulham kisbu d-draw fl-64 minuta bi ġmiel ta’ xutt bid-dawra ta’ Solomon.

Għada f’Wembley Stadium tintlagħab il-finali tal-League Cup bejn Manchester United u Newcastle United bir-Red Devils jibdew favoriti anki jekk Newcastle s’issa kellhom staġun ferm pożittiv.

Ilbieraħ
Fulham v Wolves 1-1
Illum
16:00 Everton v Aston Villa
16:00 Leeds v Southampton
16:00 Leicester v Arsenal
16:00 West Ham v Nottingham
18:30 B’mouth v Man City
20:45 C. Palace v Liverpool
Għada
14:30 Tottenham v Chelsea
League Cup
17:30 Man Utd v Newcastle