Napoli resqu pass eqreb lejn ir-rebħ tat-titlu meta barra minn darhom għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 2-0. B’din ir-rebħa, Napoli fetħu vantaġġ ta’ 18-il punt fuq it-tim fit-tieni post Inter li jilagħbu għada. Napoli fil-vantaġġ wara 17-il minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Ardian Ismajli. 11-il minuta wara u Napoli rduppjaw, din id-darba permezz tal-attakkant prolifiku Victor Osimhen. Napoli temmew din il-partita bi player anqas meta tkeċċa Mario Rui fis-67 minuta.
Sassuolo minn naħa l-oħra kisbu rebħa ferm importanti meta barra minn darhom f’partita diretta għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li ddeċieda din il-partita wasal fil-65 minuta permezz ta’ Kristian Thorstvedt, biex b’din ir-rebħa Sassuolo laħqu lill-istess Lecce fl-14-il post tal-klassifika.
//= $special ?>