Net Television irnexxielu jikseb id-drittijiet tal-finali tant mistennija tal-League Cup Ingliża bejn Newcastle United u Manchester United.
Dan hekk kif nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar, fil-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, Net Television se jkun l-unika stazzjon lokali li se jkun qiegħed ixandar din il-partita segwita minn bosta sostenituri ta’ Manchester United kif ukoll dawk l-akkaniti ma’ Newcastle United, għal partita li se tkun qed tfisser l-ewwel trofew staġonali għaż-żewġ timijiet.
Net News tkellem maċ-Chief Operating Officer tal-midja ta’ Net, Karl Gouder, fejn saħaq li din hija kisba ferm importanti għall-istazzjon u insista li tali kisbiet isaħħu l-kredibilità tal-midja ta’ Net. Huwa saħaq li ġimgħa wara ġimgħa l-għan tal-ħaddiema huwa li jwasslu l-aqwa servizz lit-telespettaturi li jsegwu l-istazzjon minn djarhom. Saħaq ukoll li kisbiet bhal dawn jgħinu sabiex jkomplu jsaħħu l-qagħda finanzjarja tal-Kumpanija Media.link
Magħrufa aħjar bħala l-Carabao Cup, din il-finali se tkun qed tittella’ quddiem 90,000 sostenitur fl-iStadium ta’ Wembley biż-żewġ timijiet lesti sabiex jagħtu qalbhom għal flok bil-għan li l-klabb rispettiv jirbaħ l-ewwel unur għal dan l-istaġun…it-tnejn b’investimenti kbar matul l-aħħar xhur.
Manchester United jirritornaw f’dan l-istadum għall-ewwel darba wara l-2017 bi Newcastle United ilhom ma jinżlu f’Wembley sa mis-sena 2000 meta kien rnexxielhom jagħmluha sas-semi finali tal-FA Cup.
Għaldaqstant nhar il-Ħadd waranofsinhar Net Television se jkun qiegħed iwassal lit-telespettaturi Maltin u Għawdxin b’mod esklussiv, il-finali bejn Manchester United u Newcastle United.
//= $special ?>