Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal raġel li xtara ear pods misruqa

Libjan ta’ 38 sena, li m’għandux residenza fissa f’Malta, ammetta li fil-pussess tiegħu ear pods misruqa.

Noureddin Amer Elmohamadi, ammetta li dawn l-ear pods kienu fil-pussess tiegħu fit-23 ta’ Frar u fil-ġranet ta’ qabel. Fl-awla ħareġ li sid l-ear pods kellu diversi oġġetti misruqa minn ġol-karozza.

Permezz tas-sistema, ġie stabbilit li l-ear pods kienu għand l-akkużat. Elmohamadi, qal lill-Pulizija li huwa xtara l-ear pods għal €20 euro min raġel ieħor fil-Marsa.

Il-Prosekuzzjoni minn naħa tagħha qalet lill-Maġistrat Charmaine Galea li huwa kkopera magħhom u ssuġġerew piena fil-minimu.

Id-difiża qablet mal-prosekuzzjoni, li l-akkużat jingħata piena minima.

Il-Maġistrat Galea kkundannat lir-raġel 6 xhur ħabs sospiżi għal sena.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Clayton Camilleri u Andrew Agius Bonello, filwaqt li għall-akkużat deher l-avukat Brendan Muscat.