Il-kampjonat Taljan tas-Serie A ikompli bi programm ta’ logħob mifrux fuq erbat ijiem, programm li jiftaħ illejla bil leaders Napoli jkunu għand Empoli, programm li jispiċċa t-Tlieta bid-derby ta’ Turin bejn Juventus u Torino.
Illejla Napoli mistennija li jiksbu tliet punti oħra biex jagħmlu pass ieħor lrjn ir-rebħ tal-Iscudetto.
Mingħajr dubju Napoli hu t-tim tal-mument fejn dan ikkonfermaħ anki fost il-ġimgħa fil-UEFA Champions League fejn Napoli prattikament qatgħu l-passaġġ għal-kwartifinali grazzi għal rebħa ta’ 2-0 fil-Ġermnaja kontra Eintracht Frankfurt.
Fl-ewwel logħba ta’ għada Inter ikunu għand Bologna, stadium li fih prattikament tilfu l-aħħar kampjonat meta kienu sofrew telfa sorprendenti kontra Bologna.
Inter ġejjin mir-rebħa kontra Porto fiċ-Champions League u jimmiraw għat-tliet punti biex iżommu t-tieni post fil-klassifika.
Logħba ferm interessanti għandha tkun dik ta’ għada filgħaxija fejn f’San Siro ċ-champions Milan jospitaw lil Atalanta, f’konfront dirett għal post fil-UEFA Champions League staġun ieħor.
Milan jidhru li rkupra xi ftit il-forma tagħhom fejn fl-aħħar tliet logħbiet ma sofrewx gowl anki jekk il-wirjiet xorta waħda ma kienux spettakolari.
Atalanta kienu fost l-iktar timijiet fil-forma fl-aħħar ġimgħat iżda kontra kull mistenni żelqu fin-niexef kontra Lecce l ġimgħa l-oħra.
It-Tlieta jintlagħab id-derby bejn Juventus u Torino fejn il-Bianconeri issa jidher li sabu l-aħjar forma tagħhom bl-Arġentin Di Maria jikkonferma li għadu plejer validissimu.
Illum
18:00 Empoli v Napoli
20:45 Lecce v Sassuolo
Għada
12:30 Bologna v Inter
15:00 Salernitana v Monza
18:00 Udinese v Spezia
20:45 Milan v Atalanta
It-Tnejn
18:30 Verona v Fiorentina
20:45 Lazio v Sampdoria
It-Tlieta
18:30 Cremonese v Roma