Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur mill-Gżira kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fit-trakka ta’ Ħal Far.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa tas-Sibt waranofsinhar fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u sussegwentament waqa’.

Fil-post ġew imsejħa tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel ta’ 43 sena l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.