Wara staġun fil-BOV Challenge League, Sliema Wanderers irritornaw fil-Kampjonat Premier wara li għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-1. B’din ir-rebħa matematikament Sliema ġew promossi għall-Kampjonat Premier.
Il-gowls ta’ Sliema kienu skorjati minn Miguel D’Alessandro, Lydon Micallef u Abdulahi Awad filwaqt li Erikys Ferreira skorja għal Naxxar. B’din ir-rebħa d-distakk fil-quċċata tal-klassifika issa tela’ għall-11-il punt fuq l-istess Naxxar Lions u 22 punt fuq Żejtun li jinsabu fit-tielet post.
Matul dan l-istaġun, s’issa Sliema għadhom mingħajr telfa fejn f’21 partita kisbu żewġ draw biss u skorja 53 gowl filwaqt li qalgħu 12.
