Clyde Caruana ma jiżbilanċjax ruħu meta mistoqsi jekk il-pożizzjoni ta’ Abela hux tenibbli
“Jien ma kelli ebda rwol”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela l-Ġimgħa filgħaxija għall-aħbar tas-sentenza mill-Qorti li tat lura t-tlett sptarijiet St.Luke’s, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex lill-poplu Malti u Għawdxi.
Dan wara li minn kawża miftuħa mid-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Adrian Delia 5 snin ilu, il-Qorti sabet li l-kumpanija Vitals, illum Steward Healthcare, wettqet aġir ta’ raġġir u frawdolenti meta l-obbligi imposti fuqhom ma ntlaħqux għad-dannu taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Matul is-sentenza tiegħu, l-Imħallef Francesco Depasquale insista li l-Gvern qatt ma kellu jħalli li t-trasferiment bejn Vitals u Steward iseħħ u minflok kellu jxolji l-kuntratti magħhom.
B’reazzjoni għal dan kollu, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali kif ukoll f’intervista ma’ Times of Malta l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna li kull deċiżjoni li ttieħdet b’rabta mal-proġett tal-isptarijiet ttieħdet bil-kunses tal-Kabinett u pariri legali..filwaqt li insista li m’għandu xejn minn xiex jibża’.
Għaldaqstant il-Ġimgħa filgħaxija, Net News staqsa lil Robert Abela jekk il-pożizzjoni tiegħu għadhiex tenibbli minħabba l-fatt li kien proprju hu l-konsulent legali tal-kabinett ta’ Joseph Muscat minn Ġunju 2017 – il-perjodu fejn fih seħħ it-trasferiment bejn Vitals u Steward.
Iżda Abela għażel li jibqa’ jfarfar u jaħrab.
Ftit qabel laqgħa li l-Prim Ministru kellu mal-Ministri Clyde Caruana, Jonathan Attard u Silvio Schembri, Net News staqsa wkoll lill-Ministru u eks id il-leminija ta’ Robert Abela Clyde Caruana ekk jaħsibx li l-pożizzjoni ta’ Abela għadhiex tenibbli…b’Caruana jagħżel li ma joħroġx għonqu għall-imgħallem tiegħu.
//= $special ?>