Raġel ta’ 64 sena u mara ta’ 56 sena, residenti ż-Żejtun, ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi, waqt inċident li seħħ il-Ħadd għall-ħabta tat-2:45 ta’ waranofsinhar fi Triq Bir ir-Ruwa, ir-Rabat.
Għal xi raġuni x-xufier ta’ 60 sena tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Mazda Demio, ħabat ma’ ħajt bil-konsegwenza li nqalbet il-karozza. Fil-karozza kien hemm mara oħra ta’ 64 sena. Fortunatement la din il-passiġġiera u lanqas ix-xufier, li t-tnejn residenti ż-Żejtun ukoll, ma soffrew ġrieħi.
Fuq il-post mar tim mediku sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq u tliet passiġġieri l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>