Inqas minn 48 siegħa minn meta l-Qorti ddikjarat li l-Gvern tal-Labour hu korrott u frodist, Robert Abela ħareġ jiftaħar li f’mumenti bħal dawn, joħorġu b’aktar saħħa l-prinċipji u t-twemmin tagħħhom.
F’dikors partigjan għall-aħħar f’Ħal Għaxaq, il-Ħadd filgħodu Robert Abela qal li f’kull deċiżjoni li jieħu l-Gvern tiegħu… jara li jitħares l-interess nazzjonali… interess nazzjonali li ta’ kull sena seraq il-miljuni minn flus il-poplu Malti u Għawdxi kollu bil-bejgħ tat-tliet sptarijiet. Gvern li għażel li jagħti aktar miljuni lil Vitals u wara lil Steward Health Care minnflok ħares l-intresss nazzjonali.
Sena wara sena l-Gvern kompla jagħti l-miljuni lil Stewart filwaqt li l-obbligi mwiegħda qatt ma saru fosthom ir-rijabilitazzjoni tal-Isptar San Luqa.
Barra minn hekk, f’mument tant kritiku għal pajjiżna, waqt id-diskors tiegħu Robert Abela ftaħar li f’mumenti bħal dawn joħorġu b’aktar saħħa l-prinċipji tal-Partit Laburista.
Robert Abela tkellem ukoll fuq is-sigurtà soċjali fejn farfar dan l-obbligu kompletament fuq il-Qorti dan wara li diversi każijiet baqgħu għall-żmien twil fuq l-ixkaffa minħabba nuqqas ta’ riżorsi fil-Qorti.
Barra minn hekk, fl-aħħar xhur b’mod evidenti is-sigurta f’pajjiżna naqset hekk kif żdiedu l-inċidenti fit-toroq Maltin. Bil-Ministru Byron Camilleri rrifjuta li jkeċċi lid-Direttur tal-Ħabs Robert Brincau wara każ ta’ theddid.
U f’diskors ta’ kważi nofs siegħa, Robert Abela ma għamel ebda referenza għall-inkjesta dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar.. vittma oħra femiċidju… inkjesta li kkonfermat li l-Ministru Byron Camilleri huwa politikament responsabbli għan-nuqqas ta’ riżorsi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Ma għamel ukoll ebda referenza għall-inkjesta pubblika fil-kaz ta’ Jean Paul Sofia hekk kif omm iż-żagħżugħ li tilef ħajtu traġikament meta ġġarrfet binja f’Diċembru li għadda, għadha sal-lum qed tappella lill-Gvern biex jagħmel inkjesta pubblika.. b’Robert Abela għadu qed isabbat saqajh li din issir.
Minn naħa tiegħu l-eks Ministru Edward Zammit Lewis, kellu diskors mill-aktar partiġġjan b’insulti diretti lejn il-Partit Nazzjonalista. L-istess persuna li għajjar lill-poplu Ġaħan.. l-istess persuna li kellu korrispondenza mas-sid tal-kumpanija 17 Black.
//= $special ?>