Futbol Sport

F.A. Trophy: B’wirja qalbiena Marsaxlokk jeliminaw lil Hibernians u jaqtgħu passaġġ għas-semi finali

(Ritratt: Jonathan Bugeja)

Rowen Camilleri

HIBERNIANS………0

MARSAXLOKK….1

Hibernians: M. Jovicic, F. Apap, G. Llerena (E. Herrera 87’), T. Aldama, J. Grech, (O. Muritala 76’) J. Degabriele, B. Kristensen (B. Kristensen 76’), J. Vitor, A. Agius, G. Artilles, A. Diakite

Marsaxlokk: M. Drobnjak, A. Attard (T. Vella 75’), C. Bonanni, P. Xuereb (E. Uzeh 90+2’), S. Ferraris, J. C. Aguillar, L. Aguirre, R. Scicluna, S. Moracci (V. Sanago 90+1’), D. Vukovic, T. Fonseca (K. Keqi 76’)

Skorjaw: L. Aguirre 63’ (M)

Imwissija: B. Kristensen 12’, F. Apap 27’, T. Aldama 87’ (H), R. Scicluna 35’, L. Agiurre 71’, T. Vella 90’ (M)

Referee: Andrea Schriha

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchel Scerri

Marsaxlokk issorprendew lil Hibernians meta b’gowl tal-istampi minn Leandro Aguirre fit-tieni taqsima, eliminawhom mill-F.A. Trophy u għalekk saru r-raba’ u l-aħħar tim li għamilha għas-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fil-25 minuta meta korner mogħti minn Jurgen Degabriele sab lil Andrei Agius li bir-ras impenja lil Drobnjak li kellu jilqa’ f’żewġ tentattivi.

Drobnjak jerġa jilqa’ tajjeb xutt mid-distanza ta’ Ferdinando Apap fis-36mnuta.

Fil-45 minuta kross il-barra ta’ Aldama lejn Degabriele li ra x-xutt mill-ewwel tiegħu ikun milqugħ minn Drobnjak. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet minn Marsaxlokk meta mill-kross ta’ Ferraris kien Ayrton Attard li prova xutt mill-ewwel li iżda għadda ftit barra.

Marsaxlokk skorjaw fit-63 minuta meta l-ewwel kien Jovicic li ħareġ itajjar bis-sieq bil-ballun jasal għand Leandro Aguirre li minn kważi nofs il-ground u bil-goalkeeper Pawlist barra minn postu tefa’ preċiżament fix-xibka.

Fit-82  minuta Jurgen Degabriele jaqbad ballun minn tarf il-kaxxa u jittanta xortieħ bil-goakeeper Xlukkajr iwettaq save mill-isbaħ u dawwar f’korner.

Fis-86 minuta Hibernians ħasbu li ġabu l-gowl tad-draw meta l-ewwel kien xutt ta’ Joao Vitor li ħabat mal-lasta, bil-ballun jiġi għand Jurgen Degabriele li tefa’ ġewwa f’lasta vojta iżda l-assistent referee għolla l-bandiera għal offside tal-istess Degabriele.

It-tim immexxi minn Pablo Doffo iddefenda bl-aqwa mod possibli r-riżultat u wara ħames minuti ta’ ħin miżjud, Andrea Schriha saffar tmiem il-partita fost il-ferħ tal-plejers, diriġenti u l-ftit partitarji preżenti fl-Istadium Nazzjonali.