Deċiżjoni li qed tgħidilna li l-poplu Malti jixraqlu aħjar. Daqshekk ħela mit-taxxi tagħna. Il-poplu Malti jixraqlu servizz tas-saħħa aħjar u din ir-rebħa għalhekk hija rebħa tal-poplu Malti u Għawdxi.
Hekk tenna d-Deputat Stephen Spiteri hekk kif qal li llum il-ġurnata għadna qed ingawdu mis-servizz tas-saħħa li wettaq Partit Nazzjonalista fil-Gvern.
“Mas-saħħa ma hemmx kompromessi, għalhekk nemmnu li l-kuntratt ta’ Vitals u Steward huwa falliment. Kuntratt mhux trasparenti“
Dan ir-riżultat ser iħalli l-frott. Daqshekk ħela mit-taxxi tagħna. Nassiguraw li flus il-poplu jiġu għand il-poplu b’servizz u kura b’saħħitha.
Stephen Spiteri saħaq li deċizjoni bħal din issa se tkun qed tneħħi kuntratt li kien qed jaħli flus il-poplu Malti u Għawdxi, fejn dawn il-flus setgħu ntefqu b’mod aħjar biex ma jkunux posposti l-operazzjonijet, biex ma jkollniex mediċina out-of-stock, biex il-ħaddiema tas-saħħa jingħataw ir-risorzi kollha meħtieġa biex is-settur tas-saħħa f’Malta jkompli jittejjeb.
“Se nibqgħu nħarsu ‘l quddiem. Se nibqgħu naħdmu flimkien għal Malta aħjar“
//= $special ?>