Fl-aħħar xhur ġew irrapurtati 29 ta’ traffikar tal-umani. 33 każ li għalkemm ma kienux konfermati li kienu każi ta’ traffikar tal-umani… xorta ngħatat l-għajnuna.
Il-problema tat-traffikar tal-umani mhux biss qed taffetwa lil bosta pajjiżi minn madwar id-dinja, iżda wkoll lil pajjiżna.
F’konferenza li ttellgħat matul il-jum tal-Ġimgħa ntefa’ aktar dawl fuq din l-isfida. Net News tkellem mad-Direttur tal-Aġenzija Appoġġ Graziella Castillo fejn spjegat fid-dettal il-proġetti mill-aġenzija sabiex jgħinu lil bosta biex tingħata l-għajnuna.
Hija spjegat li permezz tal-proġett imniedi għal prevenzjoni, ikun hemm l-għajnuna meħtieġa.
Madankollu iżda, f’ċerti waqtiet, minħabba li Malta hija komunità żgħira, mhux dejjem isservi li wieħed jikxef mill-ewwel l-abbuż.
Skont l-aħħar stħarriġ li sar, mill-grupp Action Against Trafficking in Human Beings (GRETA), Malta qed tkun klassifikata fit-tieni tier skont l-istandards li jkollu pajjiż għat-traffikar tal-umani. Il-grupp irrikonoxxa l-isforzi, madankollu qal li l-Gvern falla milli jagħti r-risożi meħtieġa biex jilħaq imqar il-miri l-aktar essenzjali biex jiġġieled it-traffikar tal-umani. Infatti dan il-grupp kien talab lill-Gvern biex iżid ir-risożi biex il-problema tat-traffikar tal-umani tkun miġġielda kif inhu xieraq.
Matul il-konferenza ntqal li apparti li jiżdied l-għarfien ta’ dak li qed iseħħ fis-soċjeta, jeħtieġ li tingħata wkoll aktar għajnuna lis-social workers u lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan is-settur, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa assistenza lill-vittmi.
//= $special ?>