L-ogħla kmandanti militari tal-Ukrajna qalu li t-truppi tagħhom f’Bakhmut ‘mhumiex iċedu pulzier’ quddiem l-attakki persistenti mill-militar tar-Russja u meta l-battalja għal din il-belt kruċjali ilha mill-aħħar xhur tal-2022.
Iżda r-Russi, fil-preżent, qed jikkonċentraw dejjem aktar truppi viċin ta’ Bakhmut, li tinsab fil-lvant tal-Ukrajna u li għandha importanza kbira strateġika għan-naħat avversarji.
Għaldaqstant, il-battalja għall-kontroll tal-belt saret l-aktar waħda feroċi mill-bidu tal-gwerra, bl-Ukreni jsostnu li qed iżommu l-pożizzjonijiet fit-tliet subborgi ewlenin ta’ Bakhmut u li r-Russi mhumiex jinfiltraw dawn iz-zoni minkejja vantaġġ numeriku sinifikanti f’termini ta’ suldati u tankijiet tal-gwerra.
Madankollu, l-ammont konsiderevoli ta’ suldati Russi fl-inħawi – flimkien mal-merċenarji alleati tal-Grupp Wagner – qed jippremetti biex il-qawwiet ta’ Moska jwettqu numru kbir ta’ attakki kuljum.
U waqt li s-sitwazzjoni fis-subborgi lejn in-nofsinar ta’ Bakmhut tidher stabbli, ir-reżistenza qed tiffaċċja ħafna aktar intoppi fis-subborgi lejn in-naħa ta’ fuq tal-belt, anki jekk ir-Russi ma rnexxilhomx jiżblukkaw is-sitwazzjoni. Dan ukoll waqt li s-sorsi ni fl-inħawi qalu li l-ammont ta’ ċivili fit-toroq ta’ Bakhmut issa ‘niżel għal zero’ fost il-bumbardamenti bla heda mill-artillerija tar-Russi.
//= $special ?>