Lokali

“Ilkoll flimkien iktar b’saħħitna se nkomplu insostnu l-ġlieda għas-sewwa” – Bernard Grech

“Ilkoll flimkien iktar b’saħħitna se nkomplu insostnu l-ġlieda għas-sewwa. Din hija rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi għalhekk inti għandek dmir li tkun magħna sabiex Malta tibqa’ tirbaħ.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza attività politika fid-Dar Ċentrali bit-tema ‘Reħba għal Malta’.

Huwa appella biex ħadd ma jħalli li tidħol il-firda għax il-Partit Laburista hekk irid ħalli jkun jista’ jibqa’ jisloħ lill-poplu Malti.

Bernard Grech qal li kieku verament il-Gvern ried iħares l-interess nazzjonali, wara li ħarġet is-sentenza mill-Qorti, ma kienx joħrog biss stqarrija ta’ ftit linji iżda joħroġ bi pjan ċar. Bl-uniku ħaġa li smajna minn Roert Abela hija li mhux se jkun qed jappella mi-sentenza.

Il-Kap tal-PN staqsa dwar fejn huma l-Ministri Clyde Caruana u Chris Fearne… li lkoll marru jistaħbew wara s-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale… li ddikjara null id-deal li sar ma’ Vitals. Prim Ministru li skontu, m kien jaf b’xejn, speċjalment meta ma kienx Prim Ministru… l-istess kif qal fuq il-kuntratt tal-electrogas… ma jaf xejn fuq kull kuntratt li sar.

Bernard Grech qal li iżda din hija gidba għax Robert Abela kien jaf kollox għax kien ħaga waħda magħhom.. Abela u Fearne f’kull opportunità kienu qed jiddefendu dan id-deal korrott tat-tliet sptarijiet. Fejn l-Oppożizzjoni kemm il-darba appellat lill-Gvern biex jivvota favur il-poplu Malti iżda dawn dejjem ivvutaw favur dan id-deal korrott.

Bernard Grech żied jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela huwa kompliċi u huwa għalhekk li mhu qed jieħu ebda passi għax irid jibqa’ jaħtaf l-istituzzjonijiet taħt idejh… ħataf lill-kumissarju tal-Pulizija… irid Avukat Ġenerali li ma tressaqx nies quddiem il-qorti… irid Ministru tal-Intern li jibqa’ jiddefendi lil min hedded lin-nies bl-armi.  

Il-Kap tal-PN temm id-diskors tiegħu billi qal li quddiem dan kollu, il-Partit Nazzjonalista se jkun iktar b’saħħtu sabiex toħroġ il-verità u se jibqa’ jkun il-vuċi tas-sewwa.