Illejla, wara l-aħbarijiet se jsir programm speċjali fuq Net TV… programm li se jkompli jiddiskuti s-sentenza li ta l-Imħallef Francesco Depasquale dwar id-deal mal-Vitals.. sentenza li ddikjarat null dan id-deal li kien sar bejn il-Gvern Laburista u l-kumpanija Vitals. Biex b’hekk, issa, it-tliet Sptarijiet – Karen Grech, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jerġgħu jingħataw lura lill-poplu Malti.
Bis-sehem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kif ukoll tad-Deputat Adrian Delia, Deputati Nazzjonalisti, opinjonisti u anke Unions… id-diskussjoni illejla se tkompli waqt dan il-programm speċjali ppreżentat minn Dione Borg. Fejn fost oħrajn se tkompli ssir evalwazzjoni tas-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale fejn kellu kliem iebes fil-konfront ta’ dan id-deal skandaluż.
Intant dalgħodu għall-ħabta tal-10.30am se ssir attività politika fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Rebħa għal Malta’… liema attività se tkun indirizzata mill-Kap tal-PN Bernard Grech u d-Deputati Nazzjonalisti Adrian Delia u Stephen Spiteri. L-attività se tixxandar fuq NET Television, fuq NET FM u fuq Facebook.
//= $special ?>