Wara dak li ħareġ mis-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale, il-flus issa jridu jintużaw biex verament ikun hemm titjib fis-settur tas-saħħa speċjalment biex ikun hemm iktar sodod fl-Isptar Mater Dei u rinnovar fl-Isptar Monte Karmeli… rinmovar li ilu jiġu mwiegħed għal bosta snin.
Hekk saħqet il-Union tal-Infemiera u l-Qwiebel, l-MUMN, fl-ewwel reazzjoni tagħha wara li l-Imħallef Francesco Depasquale ddikjara null il-ftehim ma’ Vitals u għalhekk it-tliet sptarijiet għandhom jingħataw lura lill-poplu Malti.
L-MUMN qalet li l-investiment li kien imwiegħed li jsir permezz ta’ dan id-deal li kien sar ma’ Vitals, fosthom fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Karen Grech u l-Isptar San Luqa… qatt ma seħħ. U għalhekk, peress li dan l-investiment qatt ma sar, huwa ġust li dawn it-tliet sptarijiet jingħataw lura lill-Gvern.
Fl-istqarrija l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel irrimarkat ukoll li l-pazjenti qatt m’għandhom jitpoġġew fil-kuruturi jew fi swali li mhumiex attrezzati biżżejjed. Dan fid-dawl tas-sitwazzjoni diżastruża li bħalissa jinsab fih l-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>