Il-Prim Ministru tal-Irlanda, Leo Varadkar, qal li għalkemm baqa’ mhux konkluż il-ftehim ġdid għall-Irlanda ta’ Fuq fuq il-bażi ta’ Brexit, in-naħat interessati qegħdin jaqirbu dejjem aktar il-patt finali.
Il-ftehim dwar il-provinċja – li ilu f’dubju mindu r-Renju Unit spiċċa mill-Unjoni Ewropea – kapaċi jkun konkluż fi kwistjoni ta’ jiem, iżda Varadkar tenna li n-negozjaturi ‘fadlilhom x’jaqdfu’ sakemm jilħqu konklużjoni.
Hu ħeġġeġ biex il-politiċi tar-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea u l-Irlanda ta’ Fuq jagħmlu dak kollu possibbli biex jaċċertaw minn ftehim, bil-Prim Ministru Britanniku, Rishi Sunak, ilbieraħ, itenni li ‘qed jagħmel ħiltu biex jaċċerta ftehim ġdid ‘ta’ Brexit’ għall-Irlanda ta’ Fuq fost l-isforzi kontinwi lejn it-tragward.
Sunak qal li ‘bħala ċittadin li vvota għal Brexit, hu irid juri li dan il-proċess qed jaħdem għal kull reġjun tar-Renju Unit.’ Hu anki enfasizza li l-protokoll ta’ Brexit għall-Irlanda ta’ Fuq ikkaġuna t-taqlib wara li l-Ftehim Storiku tal-1998 kien wassal għall-paċi u stabbilità f’dik il-provinċja.
Il-Protokoll għall-Irlanda ta’ Fuq kien miftihem waqt it-taħditiet għal Brexit meta Boris Johnson kien għadu Prim Ministru Britanniku – u b’dan il-protokoll jidħol fis-seħħ fl-2021. Skont il-protokoll, l-Irlanda ta’ Fuq għadha marbuta mal-liġijiet tal-UE biex tevita l-kontrolli mal-fruntiera tar-Renju Unit mar-Repubblika Irlandiża u bis-sitwazzjoni ilha bħala sors ta’ tensjoni.
Sadanittant, ir-Renju Unit u l-UE ilhom jinnegozjaw għal ‘triq ‘il barra mill-istaġnar’ u bi ftehim tassew kapaċi jinsab qrib ħafna. Dan meta jonqos l-appoġġ minn xi deputati mal-Partit Konservattiv li qed imexxi lir-Renju Unit, kif ukoll mill-Partit tad-Democratic Unionists (DUP) tal-Irlanda ta’ Fuq – entità ewroxettika li hi fuq kollox favur l-għaqda Britannika.
//= $special ?>