‘Il fuq minn 60 immigrant – fosthom tarbija – mietu wara li d-dgħajsa li kienu fiha nqasmet u għerqet qalb l-ibħra slavaġ ‘il hinn mir-reġjun ta’ Kalabrija, fin-nofsinar tal-Italja.
Id-dgħajsa kienet mgħobbija b’aktar nies milli kienet tiflaħ, iżda għexieren ta’ immigranti rnexxielhom isalvaw minkejja s-sitwazzjoni disprata li sabu ruħhom fiha.
Ir-rapporti qalu li d-dgħajsa litteralment ‘sfrondat’ wara li ħabtet mal-blat hi u tavviċina l-art, b’aktar minn 100 persuna abbord. It-traġedja seħħet viċin il-kosta tal-belt ta’ Crotone, bl-awtoritajiet Taljani jmorru immedjatament fis-sit biex jinvestigaw iċ-ċirkustanzi.
Dan waqt li numru kbir ta’ katavri kienu qed ikunu rkuprati mill-bajja ta’ Crotone fost missjoni intensiva ta’ ‘search and recue’ mill-awtoritajiet marittimi Taljani.
L-aħħar rapporti, fl-istess ħin, sostnew li ħafna mill-immiganti evitaw il-mewt wara li rnexxielhom jgħumu sax-xatt dritt wara l-għarqa tal-vapur – b’oħrajn ma jkunux daqstant ixxurtjati.
Jidher ukoll li l-vittmi kienu qed jaħarbu mill-faqar jew is-sitwazzjonijiet ta’ gwerra li qegħdin jifnu diversi reġjuni tal-Afrika.
//= $special ?>