Minflok għażel lil Malta Robert Abela għażel lill-korrotti filwaqt li baqa’ jiddefendi dan il-kuntratt sal-aħħar.”
Dan sostnieh il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jieħu sehem fi programm speċjali li sar fuq Net Televsion dwar il-kuntratt skandaluz ma’ vitals.
Waqt l-intervista Bernard Grech saħaq li spicca żmien ta retorika u li għandu jispiċċa ż-żmien tal-politika tal-ftit. Barra minn hekk huwa qal li s-sentenza li ngħatat mill-qorti l-Ġimgħa li għadda tellgħet lil pajjiż tarġa ‘il fuq u li din hija rebħa għall-Malta.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li fil-Qorti, l-Imħallef b’mod ċar qal li dan id-deal huwa wieħed korrott u frawdalenti filwaqt li ċamfar lill-Gvern Laburista li baqa’ jiddefendu dan id-deal sal-aħħar minnflok għażel l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi
Bernard Grech qal li sena wara l-oħra l-Partit Laburista kompla jivvota favur li Steward jingħataw aktar miljuni meta dawn qatt ma wettqu l-obbligi tagħhom. Huwa saħaq li wara s-sentenza tal-Qorti l-poplu qed jifhem il-messaġġ ewlieni tal-Partit Nazzjonalista.
Huwa sostna li din ir-rebħa storika waħedha mhux biżejjed għaliex issa jrid ikun il-poplu Malti u Għawdxi li jagħti appoġġ u jinsisti li dawn l-isptarijiet verament jingħataw lura lill-poplu.
//= $special ?>