Futbol Sport

Mosta jingħaqdu mas-semi finalisti tal-F.A. Trophy b’rebħa faċli fuq San Ġwann

(Ritratt: Joseph Galea)

MOSTA………………5

SAN ĠWANN……0

Mosta: A. Vella, R. Briffa (J. Akrong 58′), C. Ememe, C. Failla (D. Bonnici 73′), K. Yamazaki (B. Farrugia 74′), N. Agius, T. Farrugia, C. Okoh, S. Kingue (E. Glamour 58′), R. Ekani, F. Dore (E. Attard 73′)

San Ġwann: J. Pisani, M. Micallef, G. Zammit, K. Gatt (K. Zarb 64′), J. Omoruanzoje, K. Toure (A. Xuereb 69′), R. Saito (N. Sultana 70′), J. Grech, I. Cutajar, G. Virano (A. Fawzi 69′), K. Bartolo (G. Pace 64′)

Skorjaw: M. Okoh 26′, 79′, F. Dore 33′, 57′, S. Kingue 38′ (M)

Referee: Darryl Agius

Mosta ftit li xejn sabu diffikultà biex għanluha għas-semi finali tal-F.A. Trophy hekk kif fl-ewwel logħba tal-Ħadd wara nofsinhar għelbu lit-tim miċ-Challenge League San Ġwann bl-iskor ta’ 5-0.

San Ġwann irnexxielhom iżommu l-iskor intatt sas-26 minuta sakemm Michael Okoh fetaħ l-iskor għall-Mostin biex seba’ minuti biss wara Mosta għamluhom tnejn b’gowl li wasal mill-plejer mill-Kongo Frebory Dore.

Fit-38 minuta l-Mostin skorjaw it-tielet gowl din id-darba permezz ta’ Steve Kingue biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 3-0 favur Mosta.

Fit-tieni taqsima Mosta komplew fejn ħallew fl-ewwel 45 minuta u saħansitra skorjaw ir-raba’ gowl fejn reġa’ kien Dore li għaqqad doppjetta personali.

Il-partita għalhekk dehret magħluqa iżda l-Mostin ma kienux kuntenti b’reba’ gowls u fid-79 minuta Michael Okoh ukoll għaqqad doppjetta personali għal skor finali ta’ 5-0 u passaġġ għas-semi finali tal-F.A. Trophy għal Mosta.