Sport Waterpolo

Rebħiet faċli għal San Ġiljan, Sirens u Sliema

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Stewart Said

VALLETTA IZIBET…………..….. 5

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 18

(1-5), (2-2), (1-6), (1-6)

Rebħa oħra għal San Ġiljan JP Projects biex baqgħu b’punti massimi fi Grupp B. Kontra Valletta, irritornaw il-plejers regolari ta’ San Ġiljan wara li fl-ewwel żewġ ħarġiet, il-kowċ Zeljko Kovacic ta l-mistrieħ lil ħafna minnhom kontra timijiet infejuri minnhom.

Minkejja d-distakk li kompla jimmatura fil-logħba, Kovacic żamm tim b’saħħtu kważi l-logħba bl-għan li jagħti l-logħob lill-plejers tiegħu. Minkejja r-riżultat finali, Valletta ma kellhomx prestazzjoni diżastruża iżda sempliċiment ma setgħux ilaħħqu mal-qawwa tal-avversarji. Id-distakk kiber b’mod notevoli fit-tieni parti tal-logħba meta l-għajja bdiet tidher fuq il-plejers Beltin.

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, Z. Micallef, J. Cassar (1), S. Busuttil, K. Borg (4), D. Paolella, J. Chircop, S. Micallef, A. Agius, M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma, G. Borg, S. Cutajar, K. Calleja

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), A. Galea, G. Bonavia (2), R. Caruana, M. Zammit (6), B. Plumpton (1), J. Bonavia, J. Abela (6), N. Zammit (1), D. Zammit, N. Bonavia (1)

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri

SIRENS…………..……….……… 20

BARRACUDAS…………….…. 6

(5-2), (6-1), (4-1), (5-2)

Sirens ftit tħabtu biex kisbu t-tliet punti kontra Barracudas. Fl-assenza tal-kowċ Marko Orlovic, Sirens immexxija minn Igor Vukanovic, iddominaw tul il-konfront kollu, bit-tim ta’ Barracudas jipprova jillimita d-danni f’sitwazzjoni mhix daqshekk faċli għalihom.

It-tim minn San Pawl il-Baħar kellu vantaġġ ta’ 6-3 fit-tieni sessjoni sakemm ħames gowls konsekuttivi sa tmiem is-sessjoni, temmew kull tama ta’ Barracudas li jibqgħu fil-logħba. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fit-tielet u r-raba’ sessjoni, b’Sirens jibqgħu jżidu l-gowls permezz tal-plejers żgħażagħ tagħhom u ħames gowls minn ħames plejers differenti fl-aħħar sessjoni.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (5), J. Cachia (3), J. Zerafa Gregory (2), T. Perici Ferrante, M. Chircop (2), W. Ruggier, G. Sammut (2), M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (3), M. Bonello Dupuis, K. Agius (1), J. Cauchi (1)

Barracudas: C. Bugeja, J. Erdogan, N. Majstorovic, S. Debono Grech, D. Ciantar (2), R. Sciortino (1), A. Grima Scott, C. Attard (1), J. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud (2), T.J. Mifsud, M. Borg, S. Camilleri, K. Cauchi

Referees: Alex de Raffaele, Richard Magri

MARSASKALA ESC……….. 9

SLIEMA FRANK SALT….. 25

(3-5), (3-6), (1-8), (2-6)

Sliema Frank Salt komplew jirbħu b’ċertu faċilità. Għalkemm l-iskor finali jindika distakk qawwi, Marsaskala kienu oppożizzjoni denja fl-ewwel żewġ sessjonijiet iżda r-rotazzjoni fit-tim Slimiż żammet it-tim b’saħħtu u ddominaw fit-tieni parti tal-logħba.

Konfront korrett bejn iż-żewġ timijiet li riedu jilagħbu l-logħba minflok intilfu f’ħafna protesti, tant li ftit kienu s-sitwazzjonijiet ta’ superjorità numerika. Il-kollettiv fit-tim Slimiż spikka b’xejn anqas minn disa’ plejers li sabu x-xibka, b’Benji Cachia jiskorja kwart tal-gowls.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea (1), P. Privitera, R. Greco, J. Pace Mizzi, K. Navarro (2), D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut, J. Ciantar (4), M. Carani (2), A. Muscat, E. Bilgin, M. Agius

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea (2), D. Rizzo (1), S. Engerer (1), B. Cachia (6), J. Cutajar (5), M. Mifsud (3), J. Brownrigg, E. Schembri, Z. Mizzi (1), D. Zammit (5), A. Bugeja, J. Sciberras

Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca