Sport Sport Ieħor

Dejan Grech u Katryna Esposito jirbħu l-unuri prinċipali waqt it-63 edizzjoni ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali

(Ritratt: Andrew Large)

Ilbieraħ filgħaxija fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta nżammet t-63 edizzjoni tal-iSport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali li kienet organizzata b’mod konġunt minn Sport Malta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Iddominaw is-serata Dejan Grech u Katryna Esposito li rebħu l-unuri prinċipali dak tal-iSportiv tas-Sena u tal-iSportiva tas-Sena rispettivament. Dejan Grech huwa atleta tal-Eight Ball Pool filwaqt li Katryna Esposito hija atleta tal-Judo.

Chaylon Castaldi li huwa l-atelta tal-Blackball rebaħ l-unur taż-Żagħżugħ tas-Sena filwaqt li Tenishia Thornton tal-Weightlifting rebħet l-unur taż-Żagħżugħa tas-Sena.

Jesmond Caruana, kowċ tal-weightlifting rebaħ l-unur tal-Kowċ tas-Sena filwaqt li Terry Camilleri tal-iSnooker rebaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena. Ħamrun Spartans rebħu l-unru tat-tim tas-sena.

Matul is-serata ngħataw ukoll tliet unuri oħra, dak tal-People’s Choice Award li ntrebaħ minn Tenishia Thornton u żewġ unuri speċjali oħra li ntrebħu minn Gilmore Borg u Mireille Giles.