“Minn xhiex qiegħed jibża’ Robert Abela?”
Hija din id-domanda li staqsa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kmieni waranofsinhar tqiegħdu għadd ta’ barrikati quddiem il-Parlament Malti fil-Belt Valletta.
Dan ftit qabel il-protesta msejħa mill-Partit Nazzjonalista fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti li grazzi għal kawża miftuħa mid-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Adrian Delia, it-tlett sptarijiet; Karin Grech, St.Luke’s u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – ingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi. Dan hekk kif sentenza mill-Qorti annullat il-konċessjoni tal-Vitals u Steward.
Illejla l-poplu mħeġġeġ sabiex imur il-Belt u f’għaqda waħda kull wieħed u waħda minnha nsemmgħu leħinna.
//= $special ?>