Lokali

Bejn il-kliem u l-fatti, hemm ix-Xatt u l-baħar ta’ Tas-Sliema x’jikkumbatti – PN

Il-Partit Nazzjonalista oġġezzjona u vvota kontra l-mozzjoni mressqa mill-Gvern ta’ Robert Abela, li jrid jagħti 504 metri kwadri mix-xatt u 16,000 metru kwadru ta’ baħar f’Tas-Sliema b’ċens għal 65 sena lill-privat u għall-prezz ta’ €5.65 kull metru kwadru għad-dannu tal-pubbliku.

Dan qaluh id-Deputati Nazzjonalisti Darren Carabott, Graham Bencini u Rebekah Borg, membri fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, fi stqarrija. Dan meta l-Gvern, minkejja l-kliem sabiħ li mdorrijin nisimgħu dwar il-bżonn ta’ spazji pubbliċi, qed jonqos milli jasal għall-fatti. Mhux talli hekk, talli l-Gvern qed jagħmel bil-kontra.


Fil-fatt, il-Gvern ta’ Robert Abela, b’din il-mozzjoni, se jċaħħad lill-pubbliku minn spazju miftuħ għall-għawm u kontra l-kwalità tal-ambjent fiz-zona. U dan kollu għar-regħba tal-kummerċjalizzazzjoni mingħajr ippjanar.