Internazzjonali

Brexit: Ftehim ġdid li jtemm l-inċertezza għall-Irlanda ta’ Fuq

Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea sa fl-aħħar qablu dwar arranġamenti ġodda għall-movimenti tal-kummerċ relatati ml-Irlanda ta’ Fuq – bl-aħħar żviluppi qed jaffettwaw il-ftehim ta’ Brexit li ntlaħaq żmien ilu bejn Londra u Brussell.

Il-Prim Ministru Britanniku, Rishi Sunak, qal li l-aktar punt importanti hu li l-aħħar negozjati, effettivament, qed ‘jeliminaw kull sens li teżisti dwar xi fruntiera fil-Baħar Irlandiż’. Dan meta jonqos għal vot mid-deputati parlamentari f’Londra u ladarba jasal iż-żmien (għall-vot).

L-iżblokk importanti kellu jseħħ wara xhur ta’ inċertezza u meta l-Irlanda ta’ Fuq, bħala parti mir-Renju Unit, baqgħet – minkejja Brexit — marbuta bir-regoli tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-kummerċ.

Il-Protokoll għall-Irlanda ta’ Fuq – li daħal fis-seħħ fl-2021 — kien konkluż ma’ Brussell meta Boris Johnson kien għadu Prim Ministru tar-Renju Unit. Dan il-protokoll assoċjat ma’ Brexit kien jamministra l-issues doganali u tal-immigrazzjoni (għall-Irlandiżi) fil-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq mar-Renju Unit – bl-istess effett għall-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq mal-Unjoni Ewropea li r-Repubblika Irlandiża tifforma parti minnha.

L-istess protokoll kien qed jaffettwa anki xi aspetti tal-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju Unit.